Jiena Christina Galea u għandi 23 sena. Bħalissa qiegħda nistudja għall-aħħar sena tal-MTL (Masters in Teaching & Learning) sabiex nilħaq għalliema tal-Malti. Matul l-ewwel sena ta' dan il-kors, qattajt sitt ġimgħat ngħallem l-iskola Sekondarja tal-Ħandaq, Ħal Qormi, bħala parti mill-perjodu tat-taħriġ prattiku. Għat-tieni sena, għamilt it-taħriġ prattiku l-iskola ta' San Albert il-Kbir, il-Belt Valletta. Barra minn hekk minn April sa Ġunju tal-2024, se nkun qiegħda nsaħħaħ l-esperjenza pedagoġika tiegħi fl-iskola sekondarja ta' San Alwiġi billi nimla l-post ta' għalliema b'mod temporanju. Għaldaqstant, jiena nemmen li bil-passjoni tiegħi kapaċi ngħin lill-istudenti jipprofondixxu r-relazzjoni tagħhom mal-lingwa Maltija. Permezz ta' dan il-kors, jiena tgħallimt li l-lezzjonijiet m'għandhomx ikunu l-istess għal kulħadd, għaliex kull student huwa differenti u uniku. Għalhekk, permezz ta' dan l-għarfien, jiena tal-fehma li hu l-irwol tal-għalliema li l-lezzjonijiet ikunu inklussivi u interessanti.